[English version available]

 

Nhar it-Tnejn li għadda, il-Ministru responsabbli għall-arti u l-kultura żelqulu xi ftit kelmiet li ma niżlux tajjeb. Meta mistoqsi dwar in-nuqqas ta’ miżuri li l-gvern ħa biex jiġu megħjuna l-artisti matul il-pandemija, ir-risposta tiegħu kienet sempliċiment li l-artisti m’għandhomx IQ “business oriented”u li l-arti hija biss vokazzjoni. Fi ftit kliem, it-tweġiba tgħid li ‘l-artisti m’humiex daqshekk importanti, minħabba li ma jagħtux kontribuzzjoni sinifikanti għall-ekonomija’, li hija wara kollox dak li jinteressa ‘l gvern.

 

Ir-reazzjoni tal-kommunità artistika kienet waħda ta’ rabja u dispjaċir, lejn min baxxa l-passjoni u l-identità tagħhom bħala hobby. Iżda f’din ir-reazzjoni ma nistax ma ninnotax argument li jimmina lilu nnifsu. L-artisti ġew mogħtija ċ-ċans jikkundannaw approċċ ossessjonat fuq il-GDP, u minflok jipprovdu viżjoni alternattiva li toħroġ b’mod ċar il-kontribut soċjali li tagħti l-arti.

 

Sfortunatament, ir-reazzjoni kienet l-oppost. Saret newħa ddisprata biex tagħti l-provi li n-nuqqas tal-Ministru kien li ma setax jara l-potenzjal kummerċjali tal-arti Maltija. Il-kumment tal-Ministru donnu laqat fil-laħam il-ħaj, u minnhu ħarġet l-insikurezza sterjotipika tal-artist: li jaqla lira.

 

Minflok wieġbu li l-arti u l-kultura m’humiex oġġetti ta’ fuq is-suq, ir-reazzjoni difensiva kienet li hemm diversi “intraprendituri kreattivi li bnew l-industrija” u li hemm evidenza tal- “kontribuzzjoni pożittiva tas-setturi għall-ekonomija ta’ Malta, tant li taqbeż setturi oħra”. Fi kliem ieħor, għajjtu b’ħanġra ‘aħna kommoditajiet ugwali mal-bqija tal-professjonijiet!’.

 

Meta l-Mona Lisa rrifjutat interpellazzjoni

Mill-esperjenza personali, ta’ spiss isaqsuni x’suppost ser nagħmel fil-futur b’degree fil-filosofija. Naturalment, id-domanda impliċita tistaqsi x’xogħol ser ikolli u kemm ser naqla. Imma t-tweġiba li nagħti tkun sempliċiment, ‘ser nagħmel il-filosofija’. L-effet ta’ din ir-risposta, ir-rifjut ta’ tweġiba għall-mistoqsija mistura u sottili, hija li ma tagħtix ideoloġija konsumerista il-privileġġ li tiddetermina x’inhu u x’mhuwiex ovvju.

 

Ilkoll li aħna konstantament preokkupati fuq il-karriera u s-salarju, tant li huma l-identità tagħna, għall-kuntrarju ta’ hobbies li jigu sekondarji. Filfatt, meta tiltaqa ma ħabib antik u jistaqsik x’qed tagħmel, li twieġeb dwar daqxejn ta’ ‘hobby’ tinħass kemmxejn li m’intix persuna ta’ saqajk fl-art.

 

Iġifieri, meta mġegħla naffaċċjaw il-mistoqsija ‘x’ser tagħmel?’, ilkoll nifhmu sew x’inhu s-sinifikat profond tagħha. Billi tirrifjuta tirrikonoxxi dan is-sinifikat impliċitu, tkun qiegħed tirrifjuta wkoll li tirrikonoxxi l-valuri ta’ dik l-ideoloġija bħala fatt stabbilit u traxxendenti. Fi kliem ieħor, jekk il-persuna l-oħra tassew tixtieq issaqsik dwar il-ħobża ta’ kuljum (li hija mistoqsija valida wara kollox), mela tista tistaqsik dik il-mistoqsija direttament.

 

Il-poter ta’ ideoloġija (fil-kas tagħna, waħda megħdija fuq is-suq), joħroġ ċar meta messaġġ impliċitu jirċievi reazzjoni espliċita. Meta lkoll naqblu fuq dik ix-xi ħaġa ‘ovvja’. Meta ilkoll nistgħu narawha, anki meta m’hijex hemm. Dak li qabel kien Alla, illum huwa l-valur kummerċjali.

 

Li tirrifjuta li twieġeb għall-mistoqsija oskura tkun qed tbiddel is-sinifikat aktar profond tal-konverżazzjoni. Billi tagħmel dan, ma tkunx qed tippretendi li ma tafx jew li ma fhimtx x’inhu jintqal. Anzi, tittama li l-persuna li saqsietek taf sew li fhimt il-mistoqsija mpliċita u li konxjament irrifjutajt twieġeb.

 

F’dan il-punt, min qed jistaqsi għandu jirrealizza l-assurdità tal-mistoqsija tiegħu għall-fatt li hija kompletament dipendenti fuq il-kontinġenzi ddettati mill-istatus quo.

 

Immaġina turist fil-Louvre jistaqsi lill-Mona Lisa x’inhu l-valur taġħha. It-tbissima kemmxejn imqarrsa tagħha tkun ir-rifjut sod li twieġeb f’termini ta’ kwalunkwe munita. It-tweġiba impliċita għal mistoqsija impliċita tkun: ‘Kif tarani penġini, dan hu l-valur tiegħi’.

 

L-arti ma tikbirx fuq is-siġar, imma l-ikel iva

Jekk għall-mument ninjoraw daqxejn l-idea romantika tal-artist Boem, wieħed għandu jammetti li wara l-arti u l-kreattività hemm bosta spejjes tekniċi li jridu jiġu rkuprati minn ximkien. Barra minn hekk, dejjem hemm l-ispejjes tal-għixien li min joħloq l-arti jrid jaffaċċja.

 

Allura, l-artisti m’humiex maqtuha mir-realtajiet ekonomiċi. Madankollu, kwalunkwe argument favur sapport finanzjarju għas-settur għandu jkun ibbażat fuq il-valur intrinsiku li l-arti tipprovdi lis-soċjetà, u mhux fuq  kemm tiġġenera kummerċ.

 

Il-ħsieb spontanju li ħareġ minn ħalq il- Ministru wera biċ-ċar in-nuqqas ta’ apprezzament li għandu għall-arti, partikolarment għall-fatt li għażel isemmi l-‘IQ’, liema kunċett li fl-ebda kuntest ma jista jkollu konnotazzjoni newtrali llum il-ġurnata. Pero, fi kliemu, wieħed jista wkoll jilmaħ element li jattribwixxi tip ta’ awtentiċità lill-arti u l-kultura. Awtentiċità li l-artisti nnifishom irrifjutaw. Il-messaġġ kien li l-arti ma tokkupawx pożizzjoni fl-intrapriża u m’għandiex tkun l-oġġett ta’ kommodifikazzjoni (għal-liema raġuni l-istat orjentat mal-ekonomija ma jinteressaħx dwar l-arti).

 

F’dan is-sens, ir-reazzjoni tal-artisti kella tikkonfronta – minflok titfa l-ġebla fuq saqajha – il-pożizzjoni tal-Ministru li ffukata fuq il-kapital. L-istess Ministru li suppost għandu r-responsabbiltà jipproteġi l-irwol li l-arti għandha fis-soċjetà. Bil-kumment tiegħu, il-Ministru ma ċekkinx lill-artisti, iżda lilu nnifsu billi rrelega il-ministeru tiegħu bħala dipartiment tal-ministeru tal-finanzi. Li kieku emfasizzaw dan il-punt, l-artisti kienu joħorġu b’mod espliċitu l-inkompetenza tal-Ministru biex iservi l-irwol li fdajnieh iservi.

 

Iżda l-artisti naqsu milli jagħmlu dan. Billi pprotestaw li l-kontribut ekonomiku tagħhom qed jiġi injorat, huma stess irrelegaw lilhom infushom bħala industrija li l-impatt soċjali ewlieni tagħha jista jiġi kkalkulat bin-numri. Taw prova ta’ kemm baqgħu magħġuna fl-ideoloġija tal-konsum u l-ġenerazzjoni tal-kapital. Il-paradossa hija, li b’hekk urew biċ-ċar li l-Ministru huwa – jekk mhux fil-fatt – fil-prinċipju korrett: ‘Ejjew niżnu l-arti bil-profitt’.

 

Ma nistax ma narax l-ironija fl-osservazzjoni li s-saff soċjali mibni fuq il-kreattività baqa’ – b’mod tassew nieqes mill-oriġinalità u riflessjoni – kommess li jwieġeb għall-ideoloġija preżenti u l-istatus quo kummerċjali tagħha. Allura, fl-aħħar nett nitlob ir-reżenja, mhux tal-Ministru, iżda ta’ dawk li jokkupaw il-kariga ta’ artisti.


6 Comments

solar energy pros and cons group discussion · 6 May 2023 at 12:07 am

solar energy pros and cons group discussion
energy systems come in all shapes and sizes.

energy efficiency definition science · 6 May 2023 at 12:11 am

There are over 60 energy efficiency definition science providers
in Texas.

start daycare · 6 May 2023 at 12:13 am

Wow! This can be one particular of the most beneficial blogs
We have ever arrive across on this subject. Actually Great.
I’m also an expert in this topic therefore I can understand your effort.

Also visit my website :: start daycare

lyrica without prescription · 6 May 2023 at 12:20 am

Medicines information for patients. Effects of Drug Abuse.
lopressor without insurance
All news about medicament. Read here.

what to do with electricity when moving house · 6 May 2023 at 12:21 am

There are over 60 energy providers in Texas.

my homepage – what to do with electricity when moving house

토토커뮤니티 · 29 June 2023 at 5:22 am

Simply a smiling visitant here to share the love (:, btw great design and
style .

Leave a Reply

Avatar placeholder

Your email address will not be published. Required fields are marked *